L-Għaqdiet umanitarji Aditus, Integra u JRS Malta esprimew xokk għall-mod kif Malta u l-Italja ittrattaw l-immigranti u l-ekwipaġġ abbord il-bastiment Golfo Azzurro. L-Għaqdiet qalu li hu inaċċettabbli li żewġ Stati iġibu ruħhom b’dan il-mod u ma kisbu xejn ħlief tbatija u periklu għal nies innoċenti.
L-Għaqdiet qalu li mingħajr aċċess għall-informazzjoni dwar il-pożizzjoni eżatta tal-vapur, ma jistax jingħad fejn suppost żbarkaw l-immigranti. Li hu żgur hu li skont il-liġi internazzjonali marittima u tad-drittijiet tal-bniedem, żbark fil-Libja qatt ma jista’ jkun ikkunsidrat.
L-Għaqdiet qalu li Malta setgħet uriet solidarjeta’ mal-Italja li qed tilqa’ mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati u immigranti, iżda minflok għażlet li tabbanduna lill-immigranti u l-ekwipaġġ għal riħhom f’nofs ta’ baħar għal diversi jiem.
L-Għaqdiet ħeġġew lill-awtoritajiet Maltin biex jiddistanzjaw lilhom infushom minn politika ta’ migrazzjoni ibbażata fuq li tiġi taqa’ u tqum mill-ħajja tal-bniedem.
//= $special ?>

