Internazzjonali

MILL-ĠDID BIŻA’ F’PARIĠI: Karozza tinstaq għal fuq numru ta’ suldati

Allert għal darb’oħra f’Pariġi għan-nies li kienu fit triqithom lejn ix-xogħol dalgħodu. Dan hekk kif sitt suldati ndarbu wara li nstaqet karozza għal fuqhom.

Il-każ seħħ fiz-zona ta’ Levallois-Perret tal-kapitali Franċiża.

Il-karozza involuta kienet tat-tip BMW. Bħalissa għaddejja tfittxija għas-sewwieq.

L-awtoritajiet Franċiżi qed iqisu dan il-każ bħala “attakk deliberat”

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.