Tifla ta’ sitt qed issoffri minn ġrieħi serji wara li t-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tal-ħamsa u nofs sabet ruħha f’diffikulta` waqt li kienet qiegħda f’pool ta’ residenza privata fi Triq Malta f’Għajnsielem.
It-tifla ngħatat l-ewwel għajnuna minn xi qraba sakemm waslet ambulanza fuq il-post u ħaditha l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura neċessarja. Iktar tard, it-tifla li hija Irlandiża, ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Il-Pulizija ssejħu fuq il-post għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>