Lokali

Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jevitaw Triq l-Ingiered il-Marsa

Bejn illejla u l-Ġimgħa s-sewwieqa huma mitluba biex jevitaw Triq l-Ingiered fil-Marsa. Dan hekk kif se jingħata l-asfalt f’din it-triq u anke f’parti minn Triq il-Marsa, l-Marsa.

Għalhekk dawn l-inħawi ser ikunu magħluqa għat-traffiku f’dawn il-ġranet bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.

It-trasport pubbliku u karozzi li jagħtu servizz minn u lejn ir-residenza St. Vincent de Paule u l-Għammieri mhux ser jiġu affettwati.

Fi stqarrija Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.