Hemm il-biża’ li fil-Kenja jisplodu l-atti tal-vjolenza wara li l-kandidat Presidenzjali tal-Oppożizzjoni, Raila Odinga, qal li l-vot kien immanipulat biex jiffavorixxi lill-Gvern.
Dan hekk kif l-ewwel riżultati wrew distakk tajjeb għall-President Uhuru Kenyatta.
Iżda Odinhga qed isostni li s-sistema elettronika tal-votazzjoni sfat il-mira ta’ hacking biex tiffavorixxi lil Kenyatta.
Issa qed isiru appelli għall-kalma minħabba l-biża’ li jkun hemm splużjoni ta’ vjolenza fuq il-linji ta’ dik ta’ għaxar snin ilu u li kienet ħalliet aktar minn 1,100 persuna mejta u 600,000 persuna kellhom jaħarbu minn djarhom wara l-vot tal-2007.
L-uffiċjali elettorali qalu li hekk kif issa kienu tgħaddew aktar minn 90 fil-mija tal-voti, Kenyatta kellu 54.5 fil-mija tal-voti favur filwaqt li Odinga kellu 44.6 fil-mija tal-voti.
Fl-elezzjoni kien hemm tmien kandidati b’kollox imma ħadd mill-oħrajn ma kiseb aktar minn 0.3 fil-mija tal-voti.
//= $special ?>