Sport Sport Ieħor

BOWLING – Fina jirbħu l-kampjonat

Dan l-aħħar it-tim ta’ Fina ġie nkurunat champion nazzjonali tal-bowling. Il-kampjonat ta’ din is-sena kellu battalja interessanti bejn l-ekschampions Okmalta.com u l-istess Fina. Ir-rivalità bejn dawn it-tnejn saret mistennija minn ħafna dilettanti u partitarji ta’ dan l-isport u l-livell qed ikun wieħed internazzjonali.

L-aqwa tmien plejers minn dawn iż-żewġ timijiet jokkupaw l-ewwel 10 postijiet tar-rankings lokali f’Malta.

Il-kampjonat baqa’ indeċiż sal-aħħar b’okmalta.com matematikament b’ċans sal-aħħar partita iżda Fina baqgħu sodi sal-aħħar u ma ħallewx l-ewwel post jaħarbilhom.

Team Fina hu l-aktar klabb li kiseb suċċess f’dawn l-aħħar snin. Huma rebħu l-kampjonat nazzjonali għal 23 darba mill-aħħar 40. Matthew Magro, plejer ta’ 15-il sena, sar l-aktar plejer żagħżugħ li qatt rebaħ kampjonat tal-bowling.

Team Ramis spiċċaw fit-tielet post, b’Turu Knights jispiċċaw fir-raba’.

Paul Baldacchino ġab l-ogħla punteġġ tal-istaġun filwaqt li Ranking Camilleri kellu l-aħjar ‘series’.
MIA rebħu l-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni u promozzjoni awtomatika għall-Ewwel Diviżjoni.
Team Atlas rebħu l-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni u ġew promossi għat-Tieni Diviżjoni.