Kurżitajiet Mużika

FILMAT: Il-vuċi ta’ tfajjel Malti li saħħret cruiseliner sħiħ

It-tifel ta' 8 snin seraq il-qlub tal-barranin li kienu abbord dan il-cruise

Mhux xena komuni li tara kantant ġej mix-xejn u jisraq udjenza sħiħa quddiemu. Hekk ġara fl-aħħar jiem abbord cruiseliner tan-Norwegian Cruises meta tifel Malti tela’ ikanta mingħajr ma kien pjanat.

Neil Sant, li għandu 8 snin, kien qed jivjaġġa flimkien mal-familja tiegħu abbord in-Norwegian Spirit meta f’ħin minnhom tela’ ikanta mal-band tal-vapur.

Tant mar tajjeb, u tant faħħruħ in-nies, illi fil-jiem ta’ wara reġa’ kanta drabi oħra waqt l-istess cruise.

Neil kanta live kemm mal-band kif ukoll mal-pjantista tal-vapur.