Lokali

Id-dmugħ ta’ San Lawrenz – l-avveniment annwali t’Awwissu li jsebbaħ is-sema

Ħafna nies jassoċjaw din il-lejla tal-lum mad-dmugħ ta’ San Lawrenz. Id-“dmugħ” huma l-meteoriti li f’dan iż-żmien jagħtu spettaklu fis-sema tagħna. Ħafna jgħidu li mill-10 ta’ Awwissu, Jum il-Festa ta’ San Lawrenz u l-ġranet ta’ wara sat-13 tax-xahar dan il-fenomenu jidher aktar u dawn il-meteoriti jidhru aktar fis-sema tal-lejl.

Infatti nhar is-Sibt li ġej minħabba dan l-avveniment annwali jkunu l-bosta li jintefgħu fl-inħawi tal-Miġra l-Ferħa r-Rabat biex isegwi dan. Avveniment li l-Għaqda Maltija tal-Astronomija jagħmel mezz biex żgur ikun jista’ jitgawda minn kulħadd, minħabba f’hekk l-għaqda ta’ kull sena tħejji teleskopji li wieħed jista’ juża biex jara dawn il-meteoriti, il-qamar u kif ukoll it-Triq ta’ Sant’Anna.

Segwi aktar l-attivitajiet tal-Għaqda Maltija tal-Astronomija billi tagħfas hawnhekk.

Ritratt ta’ Michael Galea.