Il-Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Frank Portelli qal li kemm il darba nstema jgħid li l-Partit Nazzjonalista jinsab f’salib it-toroq; nistaw nibqaw mixjin kif konna, u nerġaw nitilfu, bħal ma tlifna fit- 2009, fit- 2013 u erġajna tlifna fit- 2017. Nirrepetu listess żballji, u nerġaw nitilfu żgur!
Frank Portelli qal li nistaw immorru lejn ix-xellug, fejn hu jikkalkola li nitilfu mbgħad xi ħamsin elf vot għax inkunu qed niddistakkaw ruħna mill għeruq tagħna, jew inkella nistaw nerġaw insibu it-triq li kellna qabel, it triq li tagħti valuri, li jkollna l-prinċipji. Ma noqodux nilabuha tal-liberali biex taparsi nirbħu il vot ta dawn il minoranzi, għax mhux se naslu. Aħna nkunu kapaċi nirbħuhom biss jekk nuru ċar li għandna l-prinċipji tagħna.
Ma tistax isservi lill Alla u lix-xitan … trid tgħażel!
Frank Portelli spiċċa billi qal li hu wisq jibza li l-Partit jspiċċa biex jiffregmenta ruhu, jitkisser, ħaġa ħażina, għax għandna bżonn Partit b’saħħtu u Opposizzjoni b’saħħitha.
//= $special ?>