Elezzjoni Kap PN Lokali

Il-kbir ma jistax jġħaffeġ liż-żgħir – Chris Said

Id-dover ta’ ġvern serju hu li jara li l-kbir ma jġħaffiġx liż-żġħir. Id-drittijiet ta’ min hu batut u vulnerabbli jeħtieġ li jinġħataw appoġġmill-Gvern. Dan mhux qed jiġri, u f’diversi oqsma. Ir-raġuni sempliċi: Għandna Gvern li ma jafx fejn toqġħod il-ġustiżżja soċjali. Il-Gvern ta’ Musċat tilef, jekk qatt kellu, ir-ruħ soċjali tieġħu u llum moħħu biss biex jintgħoġob ma’ dawk li għax għandhom ħafna flus jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu. Dan qalu l-kandidat għall-Kap tal-Partit Nażżjonalista u Shadow Minister Chris Said f’kummenti lil midja.

Chris Said qal kif fl-aħħar ħames snin rajna kif il-gvern, għal darba wara l-oħra, għaffeġ fuq iż-żgħir u fuq iċ-ċittadin onest. Dan għamlu billi għadda art ODŻ lil hekk imsejħa negozjanti barranin li l-kredenżjali tagħhom fin-neġożju ħuma kaxxa magħluqa u minkejja oġġeżżjonijiet mill-pubbliku, baqa’ għaddej romblu minn fuq in-nies.

Nies li huma kaxxa magħluqa huma ħbieb ta’ dan il-ġvern li għalih it-trasparenża jaħrabha daqs is-sħana ta’ Awwissu, qal Chris Said. Ħekk ġara fil-każ taż-Żonqor fejn medda art kbira ODŻ ingħatat lil negozjant li ħadd qatt ma sema’ biħ, qal il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.

L-istess qed jiġri fil-każ tal-istabbilimenti magħrufa bħala tal-lap dancinġ f’pajjiżna. Il-Gvern qal li jrid jirregola dawn il-ħwienet, imsejħa tal-ġentlomi – għalkemm ma hemm ebda ġentlomerija fil-fatt li n-nisa jiġu wżati bħala oġġett sesswali, fl-abbuż, fl-isfruttatament tan-nisa u fl-offiża lid-dinjità tal-mara. Minflok jiddefendi u jwaqqaf l-isfruttar tan-nisa, ħafna minnhom vulnerabbli, il-gvern se jirregola, u allura jħares il-pożizzjoni tas-sidien ta’ dawn il-ħwienet. Dan fl-istess waqt li jipprova jagħti l-impressjoni li hu l-aktar gvern li jiddefendi l-interessi tal-mara, qal Chris Said.

Intant, ilbieraħ fil-każin tal-Partit Nażżjonalisti f’Ħal Balżan, fejn preżenti kien ħemm attivisti, kunsilliera u tesserati tal-PN, kif ukoll l-MEP David Ċasa, id-deputat Karl Ġouder u l-eks Ministru Ċensu Ġalea, Ċħris Said spjeġa kif bħala Kap tal-PN u Kap tal-Oppożiżżjoni se jaħdem fuq politika li, mill-ġvern, tpoġġi l-interessi tal-pensjonanti fuq nett tal-prijoritajiet tieġħu.

Il-kandidat għall-Kap tal-PN u Shadow Minister Chris Said spjega kif qed jipproponi li l-pensjonanti ma jħallsu ebda taxxa tad-dħul fuq il-pensjoni; li n-nanniet li jieħdu ħsieb in-neputijiet jingħataw għajnuna finanzjarja u kif il-mediċini għal mard tal-anżjani jingħataw kolha b’xejn.

Minflok il-gvern iberbaq flus il-poplu fuq erbgħa min-nies tal-qalba, bħala Prim Ministru nuża flus il-poplu biex ikun il-poplu stess li jgawdihom, ewlenin fosthom l-anżjani u l-pensjonanti, qal il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nażżjonalista Chris Said.

Ix-Shadow Minister Chris Said irrinġrazzja lill-eluf ta’ attivisti, kunsilliera u tesserati kif ukoll numru kbir ta’ deputati Nazzjonalisti li fl-aħħar jiem esprimew miegħu l-appoġġ tagħhom għall-kandidatura tiegħu.

L-esperjenża twila tiegħi fil-politika timlini bil-fiduċja li, flimkien, nissaħħu u nirbħu. Ġej żmien sabiħ għall-Partit Nażżjonalista. Konvint minn dan, qal il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said.