Lokali

In-Nazzjon 10.08.2017

In-Nazzjon tkompli ssewgi dak li għaddej fil-Ħabs ta’ Kordin hekk kif wara x-xebgħa li qala’ żagħżugħ residenti fil-Ħabs din il-ġimgġa stess, ommu ma tħallitx iżżuru biex tarah.

Storja oħra b’ritratt fl-ewwel paġna tal-ġurnal tagħti l-aħbar li l-immigranti abbord il-bastiment Open Arms,se jitniżżlu l-Italja. In-Nazzjon tippubblika wkoll stqarrija tal-għaqdiet umanitarji f’Malta li sejħu lill-Gvern Malti biex juri aktar solidarjetà u fissru li t-trawma li għaddew minnha dawn l-immigranti mhix aċċettabbli.

Stejjer oħrajn fil-ġurnal jittrattaw il-qtugħ tad-dawl li qed ikun esperjenzat f’diversi lokalitajiet, aħbarijiet relatati mal-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, feature interessanti dwar il-75 anniversarju mill-Konvoj ta’ Santa Marija u l-għarqa tal-HMS Olympus, u li sid ta’ kelb li waqa’ minn tliet sulari se jitressaq il-Qorti.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Angelo Micallef dwar it-triq ’il quddiem għall-Partit Nazzjonalista, u Antonello Cuschieri li jittratta l-għaqda fil-festa tal-Ħamrun.