Persuna mietet u aktar minn 100 kellhom bżonn kura medika minħabba s-salmonella li aktarx qed tinfirex mill-frotta papaya fl-Istati Uniti.
Dan affettwa 16-il stat Amerikan u hemm 35 li kellhom jiddaħħlu l-isptar. Il-vittma kienet mill-Istat ta’ New York.
L-US Center for Disease Control (CDC) qalet li aktarx is-sors tal-marda kienu papayas importati mill-Messiku. Is-CDCD temmen li l-virus feġġ minn razzett wieħed f’Campeche fil-Messiku u li jesporta l-frotta papaya taħt l-isem Caribena, Cavi u Valery fl-Istati Uniti.
Issa l-awtoritajiet Amerikani bdew ineħħu dan il-frott mis-suq kif ukoll tħeġġeġ lill-pubbliku kif ukoll restaurants biex jarmu l-papaya importata mill-Messiku sakemm tintemm l-investigazzjoni.
L-ewwel każ kien reġistrat f’Mejju imma sa Lulju dawn kienu telgħu għal 47 każ u anqas minn tliet ġimgħat wara dawn telgħu għal 109 każi.
Is-CDC qalet li l-maġġoranza tal-każi kienu minn New York u New Jersey fejn b’kollox hemm 62 każ.
//= $special ?>