Kienet ilha maħruba aktar minn ġimgħa
Il-kelba Hannah, illi ħarbet minn mas-sidien tagħha il-ġimgħa li għaddiet, instabet qawwija u sħiħa.
Jidher illi Hannah instabet dalgħodu minn mara illi ċemplet lis-sidien. Sakemm waslu fil-post, il-mara baqgħet mal-kelba tieħu ħsiebha.
Fl-aħħar jiem saru diversi appelli u kienu għexieren dawk li taw daqqa t’id biex din il-kelba tinstab.