Andy Murray iritra mit-turnament ta’ Cincinnati li se jsir il-ġimgħa d-dieħla minħabba problemi f’ġenbu.
Murray li għadu jżomm l-ogħla post fir-rankings dinjija ilu ma jilgħab mill-kwartifinali ta’ Wimbledon fit-12 ta’ Lulju meta kien eliminat minn Sam Querrey.
Andy Murray ħabbar dan il-bieraħ fuq post li xeħet fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook fejn qal li qed jagħmel minn kollox biex ikun f’sikktu għall-aħħar Grand Slam tas-sena, l-Open tal-Istati Uniti li jibda fit-28 ta’ Awwissu.
//= $special ?>