Żewġ persuni inqabdu fil-pjan ta’ fuq ta’ karrozza tal-linja b’żewġ pjani – double decker – li baqgħet dieħla ġo ħanut f’Lavender Hill f’Clapham, fin-nofsinhar ta’ Londra, u bosta oħrajn ġew midruba. Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Londra kellha biċċa xogħol diffiċli sabiex issalva liż-żewġ persuni maqbuda fit-tifrik tal-vettura.
Kien hemm disa’ persuni li kellhom jiġu kkurati għall-ġrieħi ħfief filwaqt li x-xufier ttieħed l-isptar għall-kura. Jidher li l-inċident seħħ wara li x-xuffier intilef minn sensieh.
//= $special ?>

