Lokali

Żunżan perikoluż fir-Rumanija

Ir-Rumanija bħalissa ntlaqtet minn mewġa ta’ żunżan perikoluż.

Raġel miet kawża ta’ tingiża ta’ żunżana, u għexieren oħrajn ittieħdu l-isptar hekk kif qed tagħmel mewġa ta’ sħana fil-pajjiż li qed tgħin ‘il dawn l-insetti jinfirxu. Ir-Rumanija qed tagħmel minn kollox biex teqred il-bejtiet madwar il-pajjiż ta’ dawn l-insetti aggressivi partikolari, li kull ma jmur qed joktru fin-numru.

Il-problema li qed jaffaċċjaw ir-Rumeni f’din is-sitwazzjoni hija li l-insetti ma jistgħux jinqerdu għal kollox peress li fosthom hemm speċi ta’ żnażan protetti u hija diffiċli għall-awtoritajiet jiddistingwu bejniethom.