Nhar is-Sibt 5 ta’ Awissu, numru ta kantanti Maltin kisbu riżultati sodisfaċenti fil-festival tal-kant Oltreoceano ġewwa Monreal Palermo. L-istudenti mill-iskola Harmonic Ensemble Music & Voice Academy ikklassifikaw fl-1 post f’żewġ kategoriji: Fis-sezzjoni Baby, Briannah Caruana ta’ 7 snin bil-kanzunetta”Ballo Ballo” u Rihanna Caruana ta’ 9 snin bid-diska “La Notte Vola” fis-sezzjoni Junior.
Dawn kienu akkumpanjati minn zeffiena bravissimi tal-grupp “Shake Dancers”.
Fil-kategorija Senior, it-tfajla ta’ 15 il-sena Julia Camilleri studenta tal-iskola Harmonic Ensemble Music & Voice Academy klassifikat fit-Tieni post bil-kanzunetta “Calore”, b’żewġ punti distakk mir-rebbieħa ta’ dan il-konkors fil-kategorija Senior.
Dan kollu filwaqt li Amber Cuschieri, ta’ 7 snin, li kantat “il Gatto e La Volpe” u Mychael Bartolo Chircop ta’ 10 snin li kanta “L’Italiano” , u li wkoll jattendu l-iskola tal Harmonic Ensemble Music and Voice Academy, spiċċaw fir-4 post fis sezzjonijiet Baby u Junior rispettivament.
Id-duo Kaynik Vella u Britney Zammit li jattendu l-iskola ta’ La Voix School of Performing Arts, ġew fit-tielet post bill-kanzunetta “I Want to spend My Lifetime Loving You” fil-kategorija Senior.
Din l-opportunita’ nghatat lill-kantanti mill- organizzaturi tal-Erseb Productions.