George Hyzler reġa’ ġie konfermat bħala President tal-Kamra tal-Avukati għat-tlett snin li ġejjin. Huwa sostna li l-prijoritajiet tal-Kamra huma biex tkun aktar relevanti għall-prattikanti u li jgħatu sostenn lill-Gvern bil-għan li terġa’ tissaħħaħ aktar id-demokrazija f’pajjiżna.
Dan kollu filwaqt li Vincent Galea ġie kkonfermat bħala Viċi President tal-Kamra, Stefan Camilleri ġie elett bħala Segretarju Ġenerali, Louis Bianchi inħatar bħala Uffiċjal Finanzjarju, Louis de Gabriele bħala Ufficjal tar-relazzjonijiet esterni, Robert Thake inħatar Uffiċjal tal-Edukazzjoni, Mario V. Spiteri Uffiċjal tal-Etika, u Karl Briffa, Leslie Cuschieri, Jesmond Manicaro, Anna Mifsud Bonnici u Steve Tonna Lowell bhala Membri.
//= $special ?>


