L-immigranti llegali hu s-suġġett li tratta l-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli. Fuq messaġġ li ntbagħat lill-mezzi tax-xandir Frank Portelli qali li l-maġġoranza tal-Maltin huma inkwetati dwar l-ammont ta’ immigranti llegali.
Għamel wkoll referenza għal studju li sar Malta. L-istudju juri li tlett elef biss huma ntitolati ghall ‘refugee status’ minn total ta tmenin elf immigrant li dahlu f’Malta. Min ghandu dritt ghal status ta’ refugjat jista’ joqghod f’ Malta. Dawk li ma ħaqqhomx ikollhom status ta refuġjat M’ghandhomx dritt li joqghodu f’Malta, u ghalhekk ghandhom jigu ripatrijati.
Frank Portelli qal li hu ma kienx qed jirreferi għall dawk li ġew mill-Europa u kellhom dritt joqgħodu hawn, u lanqas għal dawk li ġew min barra l-Ewropa mod legali, bħal per eżempju lFilippini, u qed jgħinu fl-isptarijiet u fid-djar tax-xjuħ, għax dawn kellhom dritt joqgħodu hawn, iżda kien qed jgħid għal dawk li ġew Malta bil moħbi jew rmew il-passaport. Dawn qatt ma jistaw jirċievu status ta refuġjati.
Frank Portelli qal wkoll li dawn l-immigranti llegali qed jahdmu b’pagi baxxi hafna u dan qed iwassal biex il-pagi tal-Maltin qed jitbaxxew wkoll.
Frank Portelli temm billi qal li jkun tajjeb li wieħed jieqaf u jaħseb ftit sew fuq dan kollu ghax din hija problema serja li se tkisser lill-Malta bħal ma kissret pajjizi ohra.
//= $special ?>