Kultura Lokali

F’Santa Marija prezz imraħħas għall-mużewijiet ta’ Heritage Malta u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, Heritage Malta u l-Kumitat Amministrattiv tac-Ċittadella se jiftħu l-erba’ mużewijiet fiċ-Ċittadella kif ukoll iċ-Ċentru tal-Viżitaturi għall-prezz imraħħas ta’ €2 kull persuna.

L-erba’ mużewijiet ta’ Heritage Malta inklużi għal din l-okkażjoni huma l-Mużew tal-Arkeoloġija t’Għawdex, il-Ħabs l-Antik, il-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex, u d-Dar Storika tal-Gran Castello.

Il-biljetti bi prezz imraħħas, validi għal din il-ġurnata biss, jistgħu jinxtraw mis-siti msemmija hawn fuq, inkluż iċ-Ċentru tal-Viżitaturi, minbarra mill-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex.

Għal iktar tagħrif dwar mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta kif ukoll dwar attivitajiet organizzati mill-aġenzija nazzjonali, żur il-website www.heritagemalta.org.