Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fi stqarrija kkundanna d-diversi atti vandali li reġgħu twettqu f’San Pawl il-Baħar.
Il-Kunsill Lokali qal li f’inqas minn 24 siegħa minn meta sar tħawwil ta’ pjanti f’diversi żoni fil-lokalita’, dawn ġew maqlugħa minn posthom u misruqa.
Il-Kunsill qed jappella biex min ra xi ħaġa jagħmel rapport biex dawk responsabbli jinqabdu.
Apparti dan kien hemm diversi atti vandali fil-latirni pubbliċi li hemm fi Triq San Ġeraldu, fejn saru diversi graffiti u tkissru diversi oġġetti sanitarji minn posthom.
Is-Sindku tal-lokalita’ Graziella Galea qalet li tikkundanna kull tip ta’ att vandalu fil-lokalita’ waqt li sostniet li se tara li jsiru t-tiswijiet neċessarji.
//= $special ?>