Illum fil-Head Office tal-Bank of Valletta f’Santa Venera telgħu l-poloz taż-żewġ kampjonati u t-tazza GFA. Fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, tispikka l-logħba bejn Nadur Youngsters u Kerċem Ajax.
Il-Kap Eżekuttiv tal-PR u Marketing tal-BOV Charles Azzopardi qal li l-assoċjazzjoni ilha ħafna snin assoċjata mal-futbol f’Għawdex u kkonferma li minn dan l-istaġun se jkunu preżenti fuq kull sfera tal-futbol f’Għawdex, hekk kif il-BOV se jkun l-isponsor għall-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni kif ukoll it-Tazza GFA.
Il-President tal-GFA Samuel Azzopardi qal li ħafna drabi l-BOV kien assoċjat mal-flus u n-negozjar, iżda qal li l-bank għandu wkoll qalb soċjali. Azzopardi qal li għalihom l-isponsor hu importanti ħafna għaliex bħala assoċjazzjoni ma għandhomx dħul dirett ħlief id-dħul tal-biljetti mil-logħob u l-isponsors l-oħra li jsostnu l-operat tal-assoċjazzjoni.
Finalment telgħu l-poloz tal-kampjonati u t-Tazza GFA. L-istaġun se jibda l-Ħamis 31 ta’ Awwissu bis-Super Cup bejn ix-Xewkija Tigers kontra Għajnsielem filwaqt li ftit jiem wara t-timijiet Għawdxin ikunu fl-azzjoni fl-FA Trophy. Il-kampjonati jibdew fil-15 ta’ Settembru.
L-ewwel ġurnata tal-kampjonat GFA tal-Ewwel Diviżjoni
Għajnsielem v Għarb R.
Oratory Y. v Victoria H.
Xewkija T. v SK Victoria W.
Nadur Y. v Kerċem A.
L-ewwel ġurnata tal-kampjonat GFA tat-Tieni Diviżjoni
Qala S. v Sannat L.
Xagħra U. v St. Lawrence S.
Munxar F. v Żebbuġ R.
Tazza GFA
Rawnd Preliminari
17 ta’ Novembru 2017
St. Lawrence S. v Qala S.
Munxar F. v Nadur Y.
18 ta’ Novembru 2017
Victoria H. v Kerċem A.
Oratory Y. v Żebbuġ R.
19 ta’ Novembru 2017
Xagħra U. v Għarb R.
Sannat L. v Xewkija T.
Kwarti tal-Finali
25 ta’ Novembru 2017
Għajnsielem v St. Lawrence/Qala
SK Victoria W. v Munxar F/Nadur Y.
26 ta’ Novembru 2017
Victoria H./Kerċem A. v Oratory Y./Żebbuġ R.
Xagħra U./Għarb R. v Sannat L./Xewkija T.
//= $special ?>