Żewġ ferroviji tal-passiġġieri ħabtu ma’ xulxin f’inħawi lejn it-Tramuntana tal-Eġittu, fejn mietu madwar 40 persuna, b’għexieren oħra jisfaw midruba.
Il-ħabta diretta seħħet fil-belt ta’ Lixandra, meta waħda mill-ferroviji kienet qed tivvjaġġa lejn il-Kajr, u bl-oħra tavviċinaha mid-direzzjoni ta’ Port Said.
L-iskwadri għall-emerġenzi marru jiġru fuq il-post iżda mhux magħruf eżattament x’wassal għat-traġedja.
Waħda mill-ferroviji inqalbet b’kaġun tal-inċident, bil-Ministeru tas-Saħħa Eġizzjan jikkonferma li hemm 120 midruba — bl-isptarijiet kollha tar-reġjun jitpoġġew fuq stat ta’ allert.
//= $special ?>