Is-sajjieda f’Marsaxlokk bħalissa waslu fl-aħħar preparamenti qabel joħorġu jistadu għall-lampuki.
L-istaġun tal-Lampuki jiftaħ uffiċjalment nhar Santa Marija u fl-istaġun din is-sena se jkun hemm 113-il bastiment.
Il-Ħamis fix-xatt ta’ Marsaxlokk, kif inhi t-tradizzjoni saret quddiesa u l-kappillan Fr Luke Seguna bierek il-bastimenti fil-port ta’ Marsaxlokk.
Ħafna sajjieda f’Marsaxlokk sibnihom iħejju l-kannizzati bil-weraq tal-palm. Din it-teknika hija l-aktar li tintuża mis-sajjieda Maltin, billi l-lampuka tgħum viċin il=wiċċ ta’ baħar fond u tfittex id-dell tal-kannizzati tas-sajjieda. Teknika żviluppata mis-sajjieda Maltin stess.
B’hekk kif awgurat il-komunita’ Xlukkajra, nawguraw staġun mill-aqwa tal-Lampuki għas-sajjieda.


