Lokali Qorti

Missier jammetti li waddab mug lil ibnu waqt argument

Missier ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta fil-Qorti li waddab mug lil ibnu waqt argument f’residenza privata.

Il-każ seħħ matul il-ġurnata tal-Ħamis wara li l-missier, li ismu mhux jixxandar b’ordni tal-Qorti, kien akkużat b’fost oħrajn li insulenta, hedded u darab lil ibnu – tant hu hekk li fl-awla l-vittma deher bil-punti f’wiċċu.

Filwaqt li l-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €7,000. Dan filwaqt li ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq it-tifel, kif ukoll projbizzjoni għall-missier milli jikkuntattja lil ibnu għal sena.