Lokali

In-Nazzjon 11.08.2017

Il-ġurnal In-Nazzjon illum jippubblika storja oħra b’rabta max-xebgħa li priġunier qala’ din il-ġimgħa fil-ħabs ta’ Kordin, u dwar l-kontroversja li qamet dwar it-talba biex dan il-priġunier żagħżugħ jingħata permess biex ikun preżenti għall-magħmudija ta’ bintu.

Storja oħra fl-ewwel paġna tal-ġurnal tittratta l-kontroversja dwar l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ skola privata f’Pembroke, bil-Partit Nazzjonalista fi stqarrija jgħid li l-Gvern għandu jagħmel għażla favur ir-residenti ta’ Pembroke minflok jibqa’ jidħaq bihom.

Il-ġurnal ikompli bl-aħbarijiet marbuta mal-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista u jippubblika dak li ntqal ilbieraħ f’din il-kmapanja li se twassal biex f’Settembru jinħatar il-kap ġdid tal-PN.

Stejejr oħrajn jittrattaw il-kundanna tal-MUMN għall-attitudni irresponsabbli fil-konfront tal-istudenti tan-nursing, il-pożizzjoni tal-GRTU dwar il-ħmieġ u l-iskart li qed iħallu marka kerha fuq il-belt kapitali, it-trab u l-iskumdità li qed jesperjenzaw ir-residenti fl-Iklin, u l-appelli tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għal prattiċi prudenti ta’ self.

Bħal kull nhar ta’Ġimgħa, In-Nazzjon jippubblika l-analiżi ta’ Joe M. Zahra li fl-opinjoni tiegħu jittratta l-kategorija tal-anzjani u kif dawn qed isibu ruħhom fil-periklu tal-faqar.