Lokali

Raġel ferut gravi b’sikkina – l-aggressur għadu mhux identifikat

Il-Pulizija qed tinvestiga inċident f’Santa Luċija fejn raġel safa ferut gravi bi strument li jaqta’ u bil-ponta. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li kienu nfurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa għall-ħabta tal-4.30 a.m. li raġel talab l-għajnuna minn residenza privata f’Misraħ Dorell.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li raġel ta’ 59 sena, residenti f’Santa Luċija safa ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-Allegat aggressur għadu mhux identifikat

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia li ordnat li ssir inkjesta u ħatret numru ta’ esperti biex jassistu fl-inkjesta.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.