Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar gwerra bla rażan kontra l-kummerċ illegali ta’ drogi bħall-eroina fl-Istati Uniti.
Id-dikjarazzjoni ta’ Trump saret jumjen wara laqgħa li kellu mal-ogħla uffiċjali fil-pajjiż inkarigati mill-ġlieda kontra d-droga. Fil-mira apparti l-eroina, hemm ukoll dawk id-drogi magħrufa bħala painkillers li jistgħu jinkisbu bi preskrizzjoni ta’ tabib imma li wkoll huma lok ta’ abbuż. Drogi li s-sena li għaddiet wasslu għal 600,000 mewt b’overdose fl-Istati Uniti.
//= $special ?>

