Id-dell tqil tal-iskandlu tal-Panama Papers għadu qed jiġri wara l-Prim Ministru Joseph Muscat – iżda din id-darba l-kundanna terġa’ tiġi minn barra. Dan hekk kif is-sit tal-aħbarijiet popolari Dailymail ippubblikat artiklu dwar l-aħħar żjara tal-eks Prim Ministru Brittaniku Tony Blair f’pajjiżna, u l-ħbiberija li għandu ma’ Joseph Muscat (agħfas hawn biex tmur fl-artiklu). Is-sit tal-aħbarijiet Ingliż partikolarment ġibdet l-attenzjoni dwar il-fatt li kemm Tony Blair u kif ukoll Joseph Muscat għandhom interess mill-qrib mad-dittatorjat fl-Ażerbajġan.
L-artiklu tad-Dailymail spjega fid-dettall u bi kliem ikkulurit il-vaganza ta’ Tony Blair u l-mara tiegħu f’Malta. L-istess gazzetta online elenkat skandli li fihom huma involuti l-eks Prim Ministru Brittaniku u l-Prim Ministru attwali Malti Joseph Muscat.
Dailymail spjegat kif kemm Blair, kemm Joseph Muscat, u kif ukoll il-klikka tal-Gvern Laburista għandhom rabtiet mill-viċin ħafna mal-familja Aliyev tal-Ażberbajġan – fejn fi kliem l-istess sit iddeskrivit is-sitwazzjoni f’Malta hekk: “Il-fatt hu li l-Prim Ministru Malti hu fiċ-ċentru ta’ skandlu politiku kbir bl-involviment ta’ allegazzjonjiet ta’ tixħim, korruzzjoni, ħasil ta’ flus u evażjoni ta’ taxxa minn wħud mill-għola karigi f’Malta”.
L-artiklu ta’ kundanna fuq Muscat jelenka wkoll l-iskandli li ġew żvelati mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn ukoll l-istess gazzetta Ingliża qalet kif kollox ħa żvolta oħra fl-iskandlu tal-Panama Papers meta kien Net News li kien sab lis-sid tal-bank Pilatus ħiereġ b’żewġ bagalji fil-lejl li sar magħruf li l-kumpanija sigrieta Egrant hi tal-mara ta’ Joseph Muscat.
Aqra l-artiklu ta’ hawn: www.dailymail.co.uk
//= $special ?>