Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli tkellem fuq l-iskandlu kbir tal-VAT li hemm għaddej bħalissa. Hu spjega li dipertimenti tal-Gvern kienu talbu ditta tipprovdilhom programm għas-CIR, u l-VAT fost oħrajn, biex jekk ikun hemm xi ħabib li jkunu se jikkanċellawlu xi ammont, dan ma jibqa’ jider imkien.
Illum is-sistema saret mingħajr użu ta’ karti, iżda permezz ta’ dan il-programm huma riedu li jekk ikun hemm xi tranġar biex wieħed ikun jista’ jara r-riżultat finali u ma jibqa’ l-ebda record ta’ xi jkun sar. Din id-ditta tqabbdet, imma biex seta jsir dan kien hemm bżonn li jagħtuha aċċess għal dak li jissejjaħ “Back Door” – li permezz tiegħu wieħed ikun jista jidħol fis-sistema minajr ebda bżonn ta’ hacking.
Jidher li xi ħadd kellu aċċess għal dan il-“Back Door” u għalhekk kellu aċċess għas-sistema tal-VAT, u b’hekk wieħed seta jidħol fis-sistema tal-Gvern u jħassar irċevuti billi jittajpja n-numru tal-irċevuta u jħassara. B’dan kollu ndunaw għax in-numri tal-irċevuti ma baqawx jidru wara xulxin u bdew jidru “serial numbers” neqsin.
Issa, Edward Scicluna qabbad task force biex jara x’qed jiġri, u li se jsib se jkun propju dak li qed ngħidulu aħna. Aħna rridu serjeta fil ġbir tat-taxxi għax din tista’ tfaqqar lill-Malta.
//= $special ?>