Elezzjoni Kap PN

FILMAT: Residenti rrabjati. Chris Said jismagħhom.

Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Pembroke

Wara konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu f’Pembroke l-kandidat għall-Kap tal-PN Chris Said kellu l-okkażjoni jiddiskuti mar-residenti tal-lokalità, waqt laqgħa spontanja, fuq l-inkiwet li għandhom fejn art ta’ importanza ekoloġika fil-lokalità hija suġġett għal applikazzjoni għall-iżvilupp. Ir-residenti huma, bir-raġun, irrabjati għall-mod kif il-Gvern irid jgħaddi romblu minn fuqhom. Min-naħa tiegħu, wara li semagħhom, Chris Said għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara mar-residenti: jien favur li din l-art tiġi salvata. Huwa d-dmir tal-Gvern li jgħid x’inhi il-pożizzjoni tiegħu. Chris Said iffirma il-petizzjoni mnedija mir-residenti stess biex isalvaw l-art in kwistjoni.

Intant waqt il-konferenza tal-aħbarijeit Chris Said elenka sensiela ta’ proposti li bħala Kap tal-PN se jkun qed jiddiskuti u jimplimenta biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jsaħħaħ il-Kunsilli Lokali u r-rappreżentanza tiegħu fil-lokalitajiet.

Huwa ippropona li:

Fuq Livell ta’ Partit:

  1. Jinħatar Direttur full time fi ħdan il-partit sabiex ikun jista’ jikkoordina l-ħidma parlamentari ma’ dik amministrattiva fi ħdan il-Kunsilli Lokali.
  2. Jinżammu laqgħat regolari bejn il-kumitati sezzjonali u l-kunsilliera lokali tal-parti t bl-intenzjoni li jissaħħaħ il-koordinament fil-ħidma lokali b’risq ir-residenti.
  3. Tinżamm konferenza nazzjonali mill-partit kull sena b’temi varji li jinteressaw direttament lill-Kunsilli Lokali.
  4. Jingħata taħrig regolari, minn persuni esperti fuq il-governanza lokali, mhux biss lill-kunsilliera preżenti iżda ukoll lil dawk li jkunu qed jaspiraw li jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Dan it-taħrig ma’ jkunx biss jitratta l-aspett legali ta’ kif jaħdmu il-Kunsilli Lokali, iżda wkoll prattiċi tajba li jgħinu biex il-kunsilli jwettqu l-ħidma tagħhom b’aktar effiċjenza u mingħajr burokrazija żejda.
  5. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jżomm laqgħat regolari personalment mal-kunsilliera lokali tal-par tit u jara li r-rispett lejn minn qed jirrappreżenta lill-partit fil-lokalitajiet tagħna jingħata l-attenzjoni u l-appoġġ mill-partit tul it-terminu kollu, u mhux biss fl-aħħar xahrejn ta’ qabel kull elezzjoni. Dan mingħajr ma’ jxekkel l-awtonomija tal-istess kunsilli.
  6. Jingħata spazju fil-media kollha tal-partit sabiex naraw li jittellghu programmi relatati mal-kunsilli lokali.
  7. Darba f’gimgħa, kull gimgħa, bħala Kap tal-PN inkun qed naħdem minn lokalità. Dan sabiex inkun viċin ir-residenti u l-għaqdiet tal-lokal, inkluż il-Kunsill Lokali

Fuq Livell Nazzjonali:

  1. Il-PN, kif diġà kkonferma l-Kelliemi tal-Oppożizzjoni għal dan il-qasam Robert Cutajar, ser ikun parteċipi b’mod attiv fir-riforma li l-gvern qed jippjana li ser ikun qed jagħmel. Dan filwaqt li tinżamm l-aħjar relazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Kumitat tar-Reġjuni.
  2. Il-PN se jkun qed iressaq proposti ċari sabiex nagħtu nifs ġdid lill-Kunsilli Lokali… filwaqt li nsaħħu dak li diġà qiegħed fis-seħħ llum naraw li l-kunsilli jibdew iħallu effett fil-ħidma tagħhom fuq il-familji Maltin u Ghawdxin. Irridu nibdew naħsbu mill-bieb il-ġewwa tal-familji b’aċċenn fuq il-persuni b’diżabilità, vjolenza domestika, ħarsien tat-tfal u l-anzjani, fost oqsma oħra.
  3. L-indafa għandha tkun prijorità għall-Kunsilli Lokali b’miżuri diretti ta’ infurzar wara kampanji nazzjonali ta’ informazzjoni u edukazzjoni.
  4. Biex titnaqqas il-kriminalità terġa’ tiġi introdotta bi pjan serju l-iskema ta’ Neighbourhood Watch u t-Tourism Police f’żoni turistiċi.
  5. Il-PN se jkun qed jara li LESA titħaddem b’mod li verament xogħlha jkun qed iħalli riżultati pożittivi fost ir-residenti u l-komunitajiet Maltin u Għawdxin.
  6. Inressqu suġġerimenti fil-Parlament sabiex isir tibdil fil-formula ta’ kif sal-lum tħaddmet l-allokazzjoni finanzjarja tal-kunsilli. Dan sabiex tiżdied drastikament l-allokazzjoni ta’ kull Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex.

Chris Said kien akkumpanjat minn diversi kunsilliera lokali Keith Cassar.  Albert Buttigieg. Emvin Bartolo. Noel Muscat. Alan Abela Wadge. Alexei Dingli. Anne Muscat Fenech Adami Evelyn Vella Brincat u Graziella Galea