Għall-Partit Nazzjonalista, ż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur, iżda huma l-preżent. Iż-żgħażagħ għandhom mhux biss l-enerġija iżda anke l-ideat li jistgħu jmexxu dan il-pajjiż ‘il quddiem. Dan hu l-messaġġ li qed jibgħat il-Partit Nazzjonalista fil-Jum Internazzjonali għaż-Żgħażagħ.
Il-Partit Nazzjonalista hu kburi li għall-ewwel darba fl-istorja, l-Partit Nazzjonalista ħareġ bi programm elettorali speċifiku għaż-żgħażagħ. Minkejja li r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali ma kienx wieħed mixtieq mill-Partit Nazzjonalista, l-proposti fil-programm elettorali xorta waħda jibqgħu validi, u l-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-Gvern iwettaq dawn il-proposti fl-interess taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista lest li jagħti l-appoġġ kollu tiegħu biex dawn il-proposti jitwettqu, fost l-oħrajn biex żgħażagħ ta’ 16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw f’kull elezzjoni li ssir f’pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem biex jassigura li Malta u Għawdex joffru l-aqwa opportunitajiet għaż-żgħażagħ ta’ pajjiżna, b’mod partikolari f’setturi bħal dawk tad-drittijiet, l-edukazzjoni u x-xogħol.
//= $special ?>