Lokali

Marlene Farrugia mhux se tibqa’ tmexxi l-Partit Demokratiku

Marlene Farrugia mhux se tkun qed terġa’ tikkontesta l-kariga ta’ mexxej tal-Partit Demokratiku.

Ħabbret dan f’post fuq Facebook, fejn sostniet li fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li jmiss tal-Partit Demokratiku mhux se tkun qed tikkontesta għall-ebda kariga u dan biex tikkonċentra fuq sfidi ġodda li għandha f’ħajjitha.

Sostniet li l-partit tal-Oranġjo se jkun qed jiltaqa’ fil-Qrendi u dawk interessati fit-tmexxija tal-partit u pożizzjonijiet oħra għandhom jersqu ‘l quddiem.

Marlene Farrugia qalet li hi se tkompli sservi lill-Partit ladarba jkun elett il-mexxej il-ġdid.