Elezzjoni Kap PN

‘M’għandi xejn x’naħbi u kollox huwa trasparenti u legali” – Adrian Delia

Fi Stqarrija il-kandidat ghall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia spjega kif huwa ma ghandu xejn x’jahbi u kollox huwa trasparenti u legali.

Dan wara li irċeva telefonata mingħand il-blogger Daphne Caruana Galizia. Hu spjegalha bil-kalma l-fatti dwar id-dejn ta’ kumpanija li fiha għandu biss sehem ta’ 9%. Izda Caruana Galizia injorat il-fatt li l-kumpanija għandha aktar assi minn dejn.

Delia qal li dan kollu mhux mod aċċettabbli kif tirrapporta proċess politiku bhalma hu l-elezzjoni ta’ Kap ta’ Partit. Il-kandidat ghall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan huwa attakk personali fuqi u fuq il-familja tiegħi u manipulattiv għall-aħħar.

Delia spjega li kif diġa kien qal kemm-il darba hu deċiż li jagħmel bħal kandidati kollha l-oħra għall-kariga ta’ Kap tal-PN fil-passat u jippublika d-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu malli nidħol fil-politika. Hu sostna li dawn l-attakki fuq il-familja tiegħu m’humiex normali u jqajmu l-mistoqsija: għaliex dawn l-attakki u min hemm warajhom? Dan hu telf ta’ ħin prezzjuż mill-proposti politiċi li qed isiru għall-ġid tal-partit u tal-pajjiż. Minflok hawn min irid iz-zekzik fuq il-ħajja personali tan-nies.

Delia qal li hu ma għandu assolutament xejn x’jaħbi u kollox huwa transparenti u legali. Min qed jipprova jgħid mod ieħor qed iqarraq bil-kbir. Aktar minn qatt qabel għanda bżonn Mod Ġdid kif nagħmlu l-politika.

Adrian Delia qal li l-qagħda finanzjarja personali tiegħu hi tajba u solida. Għandu investiment personali ta’ 9% sehem f’kumpanija li qed tiżvillupa binja f’Għawdex. Il-valur tal-propjeta li għandha din il-kumpanija jiżboq sew il-kapital li ntuża biex jinbena l-proġett u d-dejn rimanenti. Dan spjegah lil blogger Caruana Galizia iżda għażlet li ma tiktbux fl-artiklu tagħha.

Hu sostna li diġa iddikja l-intenzjoni tiegħu li jekk jingħata l-privileġġ li jmexxi l-Partit Nazzjonalista jibda l-proċess biex ibiegħ n-negozju kollu sabiex ma jibqa’ l-ebda rabta kummerċjali waqt li jkun fil-politika. Barra minn hekk, iddikjara wkoll li sakemm idum fil-politika, u wara, jibqa’ jiddikjara l-assi u d-djun tiegħu sabiex il-poplu jkun jaf x’għamel bħala politiku mhux biss x’għamel qabel.

Il-Partit Nazzjonalista ma jistax jibqa jiċċassa quddiem min irid jiġbidlu l-ispag kull meta jidhirlu sostna Delia. Irridu partit maqgħud li jitkellem fuq il-politika għan-nies u mhux fuq in-nies fil-politika. Irridu Mod Ġdid, politika għan-nies, minn isfel għal fuq u mhux ta’ fuq jiddettaw kif jaħsbu n-nies.