Lokali

In-Nazzjon 12.08.2017

L-attentat ta’ qtil li fih raġel ingħata daqqiet ta’ sikkina f’diversi partijet ta’ ġismu, hi l-istorja ewlenija tal-ġurnal In-Nazzjon. Stejjer oħrajn ewlenin jittrattaw it-tnedija tal-iskema ta’ kiri tal-Gvern bl-Oppożizzjoni tfisser kif din hi skema oħra ta’ gvern li jidħaq bin-nies f’wiċċhom.

Ir-ritratt ta’ quddiem juri l-bidu tal-istaġun tal-lampuki għad-dell tat-tanker LNG sorġut fil-Bajja ta’ Marsaxlokk.

In-Nazzjon jirrapporta wkoll kif wara l-istejjer esklussivi li ppubblika matul din il-ġimgħa dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs, l-Oppożizzjoni qed titlob inkjesta b’rabta max-xebgħa li Malti qala’ meta kien aggredit u msawwat fil-Ħabs stess minn priġunieri Għarab.

Diversi stejjer u artikli jittrattaw il-festi li qed ikunu ċelebrati f’pajjiżna fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija.

Aħbarijiet oħrajn interessanti jittrattaw il-kampanja tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-kummentarju ta’ kull nhar ta’ Sibt ta’ Victor Camilleri, eks-Editur ta’ In-Nazzjon u il-Mument, jittrattat t-tielet era li se tibda fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista, u l-altruwiżmu tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo u l-irġulija tal-Ewroparlamentari, Francis Zammit Dimech.