Alfred Mifsud ta’ 58 sena qiegħed jiġi rrappurtat nieqes.
Skont stqarrija tal-Pulizija, Alfred Mifsud deher l-aħħar ħdejn bar li jinsab fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa. L-istess stqarrija qalet li jista’ jkun li Mifsud qiegħed jagħmel użu minn vettura tat-tip Landrover Freelander gold.
Il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni dwar Alfred Mifsud jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anki b’mod kunfidenzjali, billi jċempel fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li huma 21 224001 jew 119. Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe` Għassa tal-Pulizija.
Tista’ tgħin ukoll billi ddawwar dan l-avviż.
//= $special ?>