Il-finalist tellief tat-turnament ta’ Wimbledon Marin Cilic ħabbar li mhux se jieħu sehem fit-turnament ta’ Cincinnati wara li rtira wkoll mir-Rogers Cup li qed issir f’Montreal il-Kanada minħabba problemi fiżiċi.
Cilic qal li hu beda bit-taħriġ ħafif biex ikun jista’ jirkupra iżda mhus se jirnexxielu jagħmilha għat-turnament ta’ Cincinnati għaliex mhux se jkun f’sikktu mija fil-mija.
Marin Cilic qal li jittama li jkun jista’ jirritorna kemm jista jkun malajr bil-mira tiegħu issa tkun li jieħu sehem fl-Open tal-Istati Uniti li hu r-raba’ u l-aħħar Grand Slam tas-sena. Cilic weġġa’ fil-final tat-turnament ta’ Wimbledon kontra Roger Federer, final li tat lil Federer id-dsatax-il titlu Grand Slam fil-karriera tiegħu.
//= $special ?>