Tfajla ħelsitha ħafif wara li nqalbet bil-karozza. L-inċident seħħ ftit qabel is-02.00 fa’ filgħodu fi Triq Burmarrad, Burmarrad.
It-tfajla kienet fil-karozza waħedha, meta tilfet il-kontroll, laqtet il-bankina u nqalbet fuq is-saqaf. It-tfajla rnexxielha toħroġ waħedha mill-karozza. Hija tkaxkret fuq is-sit ta’ wara tal-vettura u ħarġet mill-bieba tal-bagoll.
Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku b’ambulanza. Il-ħaddiema mediċi inżertaw kienu fuq l-inċident fatali tax-Xemxija u kif daħlet is-sejħa għall-assistenza medika, ambulanza u żewġ vetturi tal-protezzjoni ċivili marru fuq il-post tal-inċident ta’ Burmarrad.
//= $special ?>