Lokali

Żagħżugħ nieqes wara li qabeż il-baħar minn dgħajsa

Żagħżugħ Franċiż residenti is-Swieqi jinsab mitluf wara li qabeż il-baħar waqt ‘boat party’ qrib ix-xatt ta’ Ta’ Tas-Sliema.

Minn fuq id-dgħajsa Fernandes kienu sitt Franċiżi li qabżu l-baħar, erba’ minnhom telgħu mix-Xatt li kien viċin, filwaqt li wieħed telgħa minn xatt ftit ‘il fuq.

Tul il-lejl saret tfittxija għall-Franċiż mill-Forzi Armati ta’ Malta, kemm permezz tal-baħar kif ukoll permezz tal-ajru bl-użu ta’ ħelikopter. Dalgħodu l-Forzi Armati komplew bit-tfittxija tagħhom.

Aktar dettalji ‘l quddiem.