It-13-il edizzjoni tal-Qormi Wine Festival mistennija tkun l-ikbar waħda li qatt ġiet organizzata tul dawn is-snin, fejn fih wieħed mistenni jsib numru ta’ attrazzjonjiet, kunċerti tal-mużika, inbejjed lokali, diversi stands tal-ikel kif ukoll kompetizzjoni tal-inbid.
Il-Qormi Wine Festival se jsir nhar il-Ġimgħa 25 u is-Sibt 26 t’Awwissu fi Triq il-Kbira Ħal Qormi, ħdejn il-Knisja ta’ San Ġorġ Martri mis-7:30pm ‘il quddiem.
Din is-sena se jieħdu sehem il-grupp Karen and Harvey għall-ewwel parti tal-entertainment fuq il-Mainstage. Fid-9pm jibda kunċert mill-band ta’ Vinny Vella u tkanta l-kantata Andreana. Filwaqt li fiċ-chill-out il-grupp Xarulu’ se jdoqqu mużika varjata għall-kumplament tas-serata.
Is-Sibt jerġgħu ikunu magħna il-grupp Xarulu’ li se jdoqqu għall-ewwel parti tal-entertainment fuq il-Mainstage. Eżatt wara jkun imiss għall-kunċert ieħor li jibda fid-9pm mill-band ta’ Mark Spiteri Lucas bis-sehem tal-kantanti Kaya, Ivan Spiteri Lucas, Mike Spiteri, Neville Refalo u Chiara. Iċ-chill-out area se jkunu qed idoqqu it-trio ‘Karma Train’.
Santa Marija accordian band se jieħdu sehem għall-ewwel darba fiż-żewġ serati b’daqq ta’ mużika fi Triq il-Blata.
Għal darba oħra -kumpanija Marsovin ser tkun qed tipprovdi l-inbejjed lokali tagħhom, fost oħrajn iċ-Ċittadella, La Vallette, Verdala Rose’, La Torre, 1919, Caravaggio Sottovoce Rose’, Ulysses u Odyssey.
Sabiex jixrob l-inbid il-pubbliku għandu jħallas €15 għal 15-il token u tazza tal-inbid li tista tinżamm bħala souvenir. It-tazza tal-inbid tista tintuża fil-żewġ serati tal-festival. Il-pubbliku se jkollu l-opportunita’ li jsarraf it-tokens fi flixken sħaħ tal-inbid.
Il-Qormi Wine Festival huwa organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.
//= $special ?>


