Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta aktar kmieni ħa n-nar barkun f’Marsaxlokk. Filmati juru li l-barkun kien fuq l-art meta ħadet in-nar.
Kelliem għall-Pulizija qal lil NET News li huma ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tas-siegħa u għaxra ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar. Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għan-nar, iżda rapporti fil-media qalu li seħħet splużjoni.
Filmati: (fuq) Jonathan Joslin (Facebook) / (taħt) Christabelle Theo Stanyer (Facebook)
//= $special ?>