Internazzjonali

FILMAT: Karozza tinstaq għal fuq dimostranti f’Virginia – Mara tmut u diversi midruba

Mara nqatlet u d-19-il persuna ndarbu meta karozza saqet għal fuq persuni li kienu qed jipprotestaw  kontra dimostrazzjoni oħra organizzata minn gruppi tal-lemin estrem fl-istat ta’ Virginia fl-Istati Uniti.

Il-Pulizija arrestat lis-sewwieq tal-karozza, li għad għandu biss 20 sena.

Seħħ ukoll ġlied bejn dawk li jsejħu lilhom infushom neo Nazisti u dimostranti oħra li niżlu wkoll fit-toroq jipprotestaw kontrihom.

Intant, il-Gvernatur ta’ Virginia, Tryy McAuliffe qal li l-uniku messaġġ li jista’ jgħaddi lil dawk li “qajmu kaos fil-belt ta’ Charlottesville” huwa: “morru d-dar.”

Aktar kmieni, f’inċident separat iżda fl-istat stat, ħelikopter tal-Pulizija ta’ Virginia waqa’ u ħalla żewġ persuni mejta.