Qed isir appell biex dawk kollha li għandhom drone, jgħinu fit-tfittxijiet għal żewġ żgħażagħ li ilhom aktar minn 24 siegħa rappurtati nieqsa.
Iż-żewġ żgħażagħ, Nick Johnson ta’ 19-il sena u Mark Petric ta’ 21 sena, ilhom rappurtati nieqsa mill-Ġimgħa filgħaxija. Omm wieħed miż-żgħażagħ sabet ir-roti tagħhom f’għar fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ waqt li xi sajjieda sabu l-basktijiet tagħhom ftit ‘il bogħod fl-inħawi tal-Blata tal-Melħ.
Kull min jixtieq jgħin fit-tfittxijiet bid-drones tiegħu, partikolarment f’għerien li hemm tul il-kosta mill-Blata tal-Melħ sa Fomm ir-Riħ, għandu jikkuntattja lil Francesca fuq 79767676 biex il-ħidma tkun kordinata.
Id-drones għandhom jinżammu bogħod miż-żoni restritti tal-ajruport u ż-żoni li jużaw l-ajruplani biex jagħmlu l-inżul tagħhom, fosthom mill-inħawi ta’ Filfla u l-inħawi tal-Port Ħieles.
//= $special ?>Jissoktaw it-tfittxijiet għall-4 persuni li ġew irrapurtati nieqsa matul dan it-tmiem il-ġimgħa