Lokali

Il-Prinċep Charles jgħati donazzjoni biex isalva l-Pro-Katidral tal-Anglikani fil-Belt Valletta

L-aktar minn €2 miljun li ngħataw sabiex il-Pro-Katidral tal-Anglikani ġewwa l-Belt Valletta ġew mgħejuna wkoll b’donazzjoni ġeneruża mgħotija mill-Prinċepp ta’ Wales.

Dan hekk kif wara li l-Komunità Anglikana f’Malta bdiet kampanja għar-restawr tal-Katidral Pro-Anglikan ta’ San Pawl, il-Prinċep Charles għamel għotja sabiex intlaħqu t-€3 miljun.

Dan huwa fost l-aħħar sinjali tal-assoċjazzjoni eċċellenti li l-Katidral għandu mal-Familja Rjali wara li r-Reġina, flimkien mal-Prinċep Philip żaru pajjiżna għal qamar il-għasel fl-1947 filwaqt li għexu f’pajjizna bejn 1949 u 1951.

Filwaqt li l-kumitat insista li mhux ser jiżvela l-ammont sostanzjali tad-donazzjoni tal-Prinċep Charles, Martin Scicluna, kap tal-kumitat, spjega li din id-donazzjoni turi biċ-ċar il-kuntatt qawwi li għandu l-Katidral mal-Familja Rjali.