Elezzjoni Kap PN Lokali

“Informazzjoni essenzjali għandha tinżamm internament” – Frank Portelli

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li waqt din il-kampanja elettorali l-aktar li qed jagħmlu l-erba’ kandidati li minnhom irid jintgħażel wieħed biex imexxi l-Partit Nazzjonalista, hu li qed jgħidu x’se jgħamel kull wieħed minnhom jekk ikun elett u jsir Kap, hekk kif issir l-għażla għal wieħed minn fost l-erba’ kandidati

Hu kompla jgħid li rċieva telefonata mingħand wieħed li staqsieħ jekk hu kienx se jgħamel “street leaders”. Hawnhekk hu staqsa lil dan li ċempillu jekk kienx jaħseb li kellu jinforma l-avversarju tiegħu (voldieri l-Partit l-ieħor) x’kien se jgħamel jekk ikun hu li jiġi elett Kap tal-Partit. “Din hi informazzjoni essenzjali li aħna għandna jkollna bejnietna,” qal Frank Portelli waqt li saħaq li mhux il-każ li wieħed jinforma minn qabel lill-avversarji tiegħu kif ikun se jaħdem Kap ġdid tal-Partit.

Frank Portelli temm billi qal li hu bniedem “frank” u mhux fidil.