Matul il-lejl Libjan li kien qed jivvjaġġa lejn il-Kajr mill-Ajruport Malti nqabad b’aktar mis-somma legali ta’ €10,000 fi flus kontanti fuqu.
Dan hekk kif uffiċjali tad-Dwana sabu fil-pussess tiegħu mal-€11,300, 140 dinari Tuneżini u mal-2,060 f’liri Eġizzjani.
Filwaqt li s-sejba saret fil-‘hand luggage’ tiegħu, waqt li kien qiegħed jistenna sabiex jaqbad it-titjira, huwa saħaq li ma kienx jaf li kellu jiddikjarahom u insista li l-flus kienu kollha kemm huma għas-safar.
//= $special ?>

