Doppjetta ta’ Romelu Lukaku wittiet it-triq għal Manchester United biex jibdew il-kampjonat fuq nota pożittiva, b’rebħa ta’ 4-0 fuq West Ham f’Old Trafford. Lukaku għamel id-debutt uffiċjali fil-kampjonat flimkien ma’ Nemanja Matic, filwaqt li l-akkwist l-ieħor Victor Lindelof ma kienx fost it-18-il plejer.
Ir-Red Devils fetħu l-iskor fit-33 minuta b’kontrattakk veloċi li minnu Marcus Rashford qassam fl-ispazju lejn Romelu Lukaku li għeleb lil Joe Hart b’xutt li ħabat mal-wieqfa qabel daħal.
Manchester United irduppjaw fit-52 minuta meta minn free-kick mix-xellug, Lukaku tħalla żmarkat u għeleb lil Hart b’daqqa ta’ ras. It-tim ta’ Mourinho għalaq il-logħba fis-87 minuta bis-sostitut Anthony Martial jirċievi mingħand Mkhitaryan u jegħleb lil Hart b’xutt fil-baxx. Kien għad fadal ħin għal gowl ieħor, bil-Franċiż Paul Pogba jissiġilla r-rebħa b’konklużjoni oħra fil-baxx, din id-darba minn barra l-kaxxa.
Rebħa wkoll għal Tottenham
Tottenham ukoll bdew b’rebħa wara li għelbu lit-tim promoss ta’ Newcastle United 2-0 f’St. James Park. It-tim ta’ Pochettino kellu vantaġġ numeriku wara li tkeċċa Shelvey tliet minuti fit-tieni taqsima, wara li rifes fuq Dele Alli.
Huma fetħu l-iskor fit-62 minuta bi kross ta’ Cristian Eriksen li sab lil Dele Alli li daħal tajjeb u għeleb lil Robert Elliot b’xutt fil-baxx. L-iskor sar 2-0 disa’ minuti wara, biż-żagħżugħ Ben Davies itemm b’suċċess azzjoni maħduma tajba, u b’konklużjoni għar-rokna reġa’ għeleb lil Eliott.#
//= $special ?>