Il-Brażiljan Neymar beda l-karriera tiegħu ma’ Paris Saint Germain b’gowl, fir-rebħa ta’ 3-0 li PSG kellhom kontra Guingamp. Neymar kellu partita tajba fejn minkejja li l-attenzjoni kienet kollha fuqu, kien strumentali f’ħafna mill-azzjonijiet tat-tim tiegħu fejn diġà ħa rwol ċentrali.
PSG marru minn fuq fit-52 minuta wara li Jordan Ikoko għeleb lill-gowlkiper tiegħu stess b’passaġġ ħażin. It-tim mill-kapitali rdoppja għaxar minuti meta Neymar għadda passaġġ vertikali fil-baxx lejn Edinson Cavani li b’xutt għar-rokna skorja. Fit-82 minuta kien imiss lil Neymar li jniżżel ismu fost l-iskorers meta rċieva mingħand Cavani u skorja mill-viċin.
//= $special ?>