Tork ta 31 sena tilef ħajtu f’inċident sfortunat waqt li kien qiegħed fuq il-post tax-xogħol. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għaxra meta r-raġel storda waqt li kien qiegħed jaħdem fuq tanker fil-Port Ħieles, konsegwenza t’hekk huwa waqa għoli ta’ madwar sitt metri f’tank.
Filwaqt li fuq il-post ġiet msejha minnufih l-assistenza ta membri mid-dipartiment tal-protezzjoni civili sabiex tellgħuh minn fuq il-post u tim mediku tal-ambulanzi sabiex jeħduh l-Isptar Mater Dei, madanakollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Sadanittant bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr G Mercieca LLD. li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
//= $special ?>