Fil-ħarġa tal-lum il-ġurnal In-Nazzjon qiegħed jippubblika ritratt u storja b’rabta mal-150 pellegrin Malti li lbieraħ attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-mitt sena mid-dehriet ta’ Fatima, fil-Portugall. L-Isqof ta’ Fatima lbierah mexxa quddiesa fil-pjazza kbira ta’ Fatima fil-preżenza ta’ għexieren ta’ eluf ta’ pellegrini minn madwar id-dinja, u sellem lil 150 pellegrin Malti, immexxija mill-Euro Tours u l-Britannia Tours, li bħalissa qed jattendu dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Portugall.
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kbar kienu organizzati mill-Knisja f’għeluq il-mitt sena minn meta l-Madonna dehret lil Franġisku, Giaginta u Luċija li kienu għadhom żgħar fl-età u li ħeġġithom ixerrdu d-devozzjoni u l-imħabba lejn it-talba tar-Rużarju.
Lucija u Frangiska kienu dikjarati qaddisin f’Mejju li għadda waqt li l-proċess fir-rigward ta’ Giaginta miexi ġmielu.
//= $special ?>

